
16 May 2026
Lawrence Dimech: Vuċi u Mexxej tal-Maltin fl-Awstralja, l-istorja tiegħu fil-ktieb Sunshine and Shade
SBS Maltese - SBS bil-Malti
About
Sunshine and Shade – The Story of a Lifetime hija l-awtobijografija ta’ Lawrence Dimech. Lawrence Dimech kellu sehem importanti ħafna fil-komunità Maltija fi New South Wales minn meta wasal Sydney ħafna snin ilu fis-snin ħamsin tas-seklu l-ieħor. Fost l-aktar kisbiet notevoli tiegħu kien hemm it-twaqqif tal-Melita Eagles Football Club fl-1956, kisba storika li wriet l-impenn qawwi tiegħu biex joħloq sens ta’ appartenenza, identità u kburija fost il-Maltin li kienu għadhom kemm waslu l-Awstralja.